Is-sospensjoni tat-tournaments tat-tennis professjonali minħabba l-coronavirus ġiet estiża sas-7 ta’ Ġunju u b’hekk ifisser li mhu se tintlagħab l-ebda kompetizzjoni fuq court tat-tafal. It-tour ATP u WTA kienu diġà sospiżi sas-27 ta’ April u t-2 ta’ Mejju rispettivament.
L-estensjoni tfisser li t-tournaments f’Madrid u Ruma flimkien mal-avvenimenti tan-nisa fi Strasbourg u Rabat u l-avvenimenti tal-irġiel fi Munich, Estoril, Geneva u Lyon tħassru kollha. Dan ifisser li r-rankings tad-dinja tal-irġiel u n-nisa ġew friżati sakemm joħroġ avviż ieħor.
It-Tlieta, l-Open ta’ Franza li kien mistenni jibda fl-24 ta’ Mejju, tħabbar li tmexxa għal Settembru, ġimgħa wara l-Open tal-Istati Uniti. It-tournaments mistennija jibdew mit-8 ta’ Ġunju ‘l quddiem kif ippjanat. Il-Grand Slam li jmiss hu dak ta’ Wimbledon bejn id-29 ta’ Ġunju u t-12 ta’ Lulju.
//= $special ?>