Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni fi ħdan l-Uffiċju tal-Ombudsman fi stqarrija maħruġa dalgħodu ikkundana l-aġir ta’ xi għalliema li f’dawn iċ-ċirkostanza għadhom qed jagħtu lezzjonijiet privati lill-istudenti.
Huwa qal li dan għandu jieqaf minnufih għaliex fis-sitwazzjoni preżenti dan jista’ jkun perikoluż immens u jista’ jkompli jikkawża aktar problemi u pressjoni fuq is-sistema tas-saħħa f’pajjiżna.
Dan mhux iż-żmien għall-privatijiet, tgħid l-istqarrija tal-Kummissarju, u l-ġenituri għandhom jieqfu jibagħtu lil uliehdom għal dawn il-lezzjonijiet.
L-istqarrija nħarġet hekk kif pajjiżna issa qed jara imxija tal-Covid-19 fil-komunità.
//= $special ?>