Coronavirus Kummerċ Lokali

10% biss tal-flus allokati se jilħqu lis-settur privat u l-impjegati – Il-Kamra tan-Negozju Għawdxija

Il-Kamra tan-Negozju Għawdxija (GBC) hija entità oħra li fl-aħħar sigħat ingħaqdet ma’ diversi unions u assoċjazzjonijiet li qiesu bħala inadegwati u ‘l bogħod minn dawk meħtiega, il-miżuri li ħabbar ilbieraħ il-Gvern

Wara li f’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru tral-Finanzi ħabbar pakkett ta’ €1.9 biljun, il-GBC kritikat il-miżuri fiskali kif imħabbra għal dawn ir-raġunijiet.

  • Mill-pakkett ta’ €1,900 miljun, se jkunu biss €200 miljun li se jaslu għand is-settur privat u l-impjegati tiegħu. Somma fqira meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi ta’ inċertezza li ninsabu fihom.
  • Is-sitwazzjoni preżentii titlob mizuri ferm aktar b’saħħithom.
  • Il-Gvern baqa’ ma tax dettalji dwar bridging tal-pagamenti tal-loans, garanziji fuq self u sussidji fuq ir-rati tal-interessi.
  • Issa huwa ż-żmien li l-Gvern jagħmel użu minn fondi tal-Bank Ewropew tal-Investiment li joffri rati ta’ interess vantaġġjużi u li minnhom jistgħu jagħmlu użu kmpaniji Maltin. Il-pagi ta’ ħaddiema tal-Gvern jitħallsu mill-attivita kummerċjali ġġenerat mill-privat filwaqt li l-privat jiddependi biss fuqu nnifsu.
  • Il-GBC tistaqsi għaliex il-Gvern għadu ma semmiex sussidji fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, meta l-prezzijiet taż-żejt u l-gass niżlu kawża tal-pandemija.
  • Tistaqsi xkoll x’sar mill-wegħda li kien għamel il-Gvernli jħaffef il-pagamenti dovuti mill-Gvern, meta l-istess Gvern reġa’ naqas li jsemmiha fil-miżuri tal-bieraħ.
  • Il-Kamra tan-Negozji Għawdxija titlob ukoll lill-Gvern biex iniedi pakket speċifiku għan-negozji Għawdxin, li qed ibatu effetti aktar ħorox minn dawk f’Malta, anke għaliex fil-biċċa l-kbira tal-każi l-ispejjez huma akbar għall-Għawdxin milli għall-Maltin.fl-

Fl-aħħar il-GBC turi l-apprezzament tagħha għall-isforzi tal-Gvern biex isir dak kollu meħtieġ biex tkun salvagwardjata s-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin.