Coronavirus Internazzjonali

3,405 mewta fl-Italja, 427 fl-aħħar 24 siegħa

F’24 siegħa fl-Italja tilfu ħajjithom 427 persuna b’kawża tal-COVID-19, 47 mewta anqas mill-ammont irreġistrat tul il-jum tal-Erbgħa. Għaldaqstant l-ammont kumplessiv ta’ fatalitajiet issa laħaq t-3,405.

Dan filwaqt li dawk il-persuni li fiequ tul l-aħħar 24 siegħa żiedu b’415 sabiex issa l-ammont ta’ persuni li fiequ huwa b’kollox dak ta’ 4,440 persuna.

B’hekk issa l-Italja qabżet l-ammont ta’ vittmi fiċ-Ċina b’kawża tal-Covid-19, hekk kif fiċ-Ċina tilfu ħajjithom 3,245 persuna.