L-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu, il-GTA, fi stqarrija maħruġa wara dak li l-Gvern sejjaħ mini-budget qalet li kienet qed tistenni miżuri ferm aktar b’saħħithom sabiex ikunu ssalvagwardjati l-impjiegi tal-ħaddiema fil-qasam tat-turiżmu.
Dan hekk kif ninsabu għaddejjin minn żmien ta’ inċertezza kbira li ħadd ma jaf kemm se jtul, u meta l-istabbilimenti kollha bħal ristoranti, bars u aktat issa ingħalqu.
Minkejja ċ-ċifra mħabbra mill-Gvern ta’ €1.8 biljun, il-Gvern effettivament se jkun qed jorħoġ ferm u ferm inqas minn din iċ-ċifra, sostniet il-GTA.
L-assoċjazzjoni kompliet tgħid li l-posponiment tal-VAT, taxxa u bolol se jgħinu biss ftit u li kienet qed tistenna miżuri aktar drastiċi sabiex ikun issalvagwardjat ix-xogħol u n-negozju.
Il-GTA fakkret li l-ekonomija Għawdxija tiddependi fil-biċċa l-kbira tagħha fuq it-turiżmu, u fis-sitwazzjoni preżenti qed tinsisti mall-Gvern għal miżuri aktar kuraġġużi u drastiċi li għandhom iħallu effett pożittiv u ta’ għajnuna lill-istabbiliment turisti f’Għawdex.
Jeħtieg li l-Gvern ilaħħam aktar dawn il-miżuri jekk verament irridu li jonqos l-impatt negattiv fuq is-settur turistiku f’Għawdex, temmet tgħid l-istqarrija tal-GTA.
//= $special ?>