Internazzjonali

Coronavirus: Mega-robots li jevitaw il-firxa tal-infezzjonijiet

L-isptarijiet fit-Tajlandja qed jużaw hekk-imsejħa ninja-robots biex jeżaminaw it-temperaturi tan-nies u jipproteġu s-saħħa tal-ħaddiema mediċi li jinsabu taħt pressjoni kbira minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

L-iskop oriġinali ta’ dawn ir-robots kien biex isegwu l-kundizzjoni ta’ pazjenti li qed jirkupraw mill-puplisija iżda dawn,. illum, qegħdin jintużaw bħala appoġġ għal din it-theddida ġdida lill-umanità.

In-ninja robots qed jgħinu biex l-istaff ta’ erba’ sptarijiet f’Bangkok u l-madwar inaqqsu mis-sogru li jispiċċaw infettati bil-Covid-19 u permezz tagħhom it-tobba u l-infermiera jistgħu jkellmu lill-pazjenti b’kollegament bil-video. B’din is-sistema, it-tabib jista’ jibqa’ barra l-kamra tal-pazjent u jikkomunika miegħu xorta waħda.

Hu anki intiż li fil-futur ikunu desisnjati robots li jwasslu l-ikel u l-mediċina lill-pazjenti minbarra li jiddisinfettaw is-swali tal-isptarijiet.