Coronavirus Lokali

Flimkien bħala poplu wieħed f’dan il-mument ta’ sfida

Id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll il-każini tal-partit illum tellgħu l-bnadar ta’ Malta minflok tal-PN bħala sinjal li dan il-mument diffiċli għal pajjiżna jeħtieġ poplu wieħed u maqgħud.

Il-kriżi tal-COVID-19 qed taffettwa lil kull Malti u Għawdxi u għalhekk il-PN qed jagħmel dan il-ġest bħala sinjal ta’ għaqda f’dan il-mument li jeħtieġ li kulħadd jaħdem flimkien b’għan wieħed.

Din l-inizjattiva tal-bnadar ta’ Malta qed tmur ukoll biex tirringrazzja u tappoġġja lil dawk kollha li bħalissa jinsabu fuq quddiem nett jikumbattu dan il-virus.

Fl-aħħar jiem il-PN ressaq diversi proposti lill-Gvern biex il-Maltin u l-Għawdxin ikunu jistgħu joħorġu mill-kriżi tal-Coronavirus mill-aktar fiss u bl-aħjar mod possibbli.