Lokali

Il-PN juri apprezzament u Solidarjetà

Il-Partit Nazzjonalista jrid juri l-apprezzament qawwi tiegħu għad-diversi diplomatiċi u impjegati li pajjiżna għandu fir-rappreżentanzi tagħna fl-Ambaxxati, High Commissions, Konsolati u uffiċċji varji kif ukoll direttament fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fl-isforzi li wettqu u qegħdin jitwettqu.

Il-Kelliem tal-PN dwar l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carm Mifsud Bonnici qal li kienu u għadhom sal-lum diversi l-okkażjonijiet fejn kienu determinanti sabiex ġew assistiti ċittadini varji ta’ pajjiżna li sabu ruħhom f’diffikultajiet u komplikazzjonijiet. Din hija ħidma li hija vitali għall-poplu tagħna. Waħda li ma tantx ġiet msemmija imma li timmerita attenzjoni u rikonoxximent nazzjonali hija għal dak li sar kif ukoll għal dak li qiegħed isir.

Fl-istess ħin l-Partit Nazzjonalista jappoġġja, jissolleċita u jsostni l-isforzi li qegħdin isiru mill-Ministeru sabiex d-diplomatiċi tagħna u l-impjegati jiġi lilhom assigurat l-aqwa protezzjoni għas-saħħa personali tagħhom fil-pajjiżi varji fejn jinsabu. Huwa determinanti li biex din l-ħidma diplomatika tibqa’ għaddejja din l-assigurazzjoni medika tigi reġistrata f’kull post. Iktar u iktar f’postijiet fejn l-kundizzjonijiet u l-livell tas-servizz mediku li hemm provdut mhux l-istess bhal dak li ċittadini jgawdu f’dawn l-gżejjer.

Għalhekk l-Partit Nazzjonalista jrid f’dan l-mument partikolari jesprimi l-apprezzament u s-solidarjetà tiegħu.