L-attakkant ta’ Real Madrid Luka Jovic se jiffaċċja proċeduri kriminali mill-Gvern Serb fil-konfront tiegħu wara li nqabad jikser il-proċeduri ta’kwarantina.
Kelliem għall-Gvern Serb qal li l-plejer inqabad jikser il-kwarantina meta ħareġ mill-appartament tiegħu bir-raġuni tiegħu tkun biex jixtri l-mediċina. Hu kompla li jekk jerġa’ jinqabad jikser il-kwarantina jista’ jiffaċċja proċeduri kriminali u saħansitra jiġi arrestat.
Fis-Serbja l-perjodu ta’ kwarantina huwa ta’ 28 ġurnata mpost fuq kull persuna li tasal is-Serbja minn pajjiżi Ewropej infettati bil-Coronavirus fosthom Spanja. Il-plejer ingħata permess mill-klabb tiegħu biex flimkien mat-tfajla tiegħu jkun jista’ jirritorna pajjiżu wara li l-partiti kollha fi Spanja ġew posposti.
//= $special ?>