Minħabba s-sitwazzjoni preżenti rigward il-pandemija tal-Coronavirus il-partita tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2021 kontra d-Danimarka li kellha tintlagħab f’Ta’ Qali fl-14 ta’ April ġiet posposta. Din il-partita kienet se tkun it-tmien waħda għan-nisa Maltin mill-fażi ta’kwalifikazzjoni ta’ din il-kompetizzjoni.
It-tim Malti mmexxi mill-kowċ Mark Gatt, kiseb rebħa u telfa fl-aħħar żewġ ħarġiet tiegħu kontra l-Ġorġja u l-Bosnija rispettivament.Il-UEFA ħabbret li l-logħbiet kollha mill-kompetizzjonijiet Ewropej skedati għax-xahar ta’April ġew posposti wkoll.
//= $special ?>