Fi stqarrija, wara laqgħa li saret ilbieraħ bejn l-FIA u tliet promoturi biex jiġi diskuss il-futur tal-Formula 1, ittieħdet id-deċiżjoni li tlielaq li kienu pjanati għax-xahar ta’ Mejju ġew posposti. Dawn it-tlielaq huma dik tal-Olanda li kellha ssir fit-3 ta’ Mejju, dik ta’ Spanja li kellha ssir fl-10 ta’ Mejju u ta’ Montecarlo li kellha ssir fl-24 ta’ Mejju.
L-FIA kienet diġa ħadet deċiżjoni biex tipposponi l-ftuħ tal-Grand Prix tal-Awstralja li kellu jsir il-Ħadd li għadda, kif ukoll il-Grand Prix tal-Bahrain, tal-Vietnam u taċ-Ċina. L-FIA u l-Formula 1 se jkomplu jsegwu mill-viċin dwar kif din is-sitwazzjoni tkompli tiżviluppa u wara tieħu deċiżjoni kif it-tlielaq li ġew posposti jkunu rkuprati.
Il-kampjonat tal-Formula 1 mistenni jibda f’Ġunju li ġej bil-Grand Prix tal-Ażerbajġan. F’din il-laqgħa tħabbar ukoll li bi qbil unanimu bejn l-FIA, L-Formula 1 u l-10 timijiet ir-regoli tekniċi l-ġodda jidħlu fis-seħħ fis-sena 2022 minflok fis-sena 2021. Min naħa l-oħra r-regoli finanzjarji xorta se jidħlu fis-seħħ is-sena d-dieħla.
//= $special ?>