Lokali

Raġel ta’ 45 sena jinstab f’għadira demm

Raġel ta’ 45 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar, kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’argument f’San Ġwann.

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-siegħa u nofs, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa residenza fi Triq San Mikiel, San Ġwann, minħabba li kien hemm persuna feruta.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn sabu persuna mimlija bid-demm. Immedjatament intalbet l-assistenza ta’ tim mediku li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel Libjan ta’ 34 sena residenti San Ġwann, weġġa’ lil vittma, b’oġġett bil-ponta u wara ħarab minn fuq il-post. Iktar tard, il-vittma ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Waqt li bdiet tfittxija għall-allegat agressur, ftit tal-ħin wara, ir-raġel ta’ ruħu b’idejħ lill-Pulizija.

L-investigazzjonijiiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.