F’messaġġ qasir fuq il-mezzi soċjali tiegħu l-attakkant ta’ Milan Zlatan Ibrahimovic ħabbar li waqqaf fond monetarju li fih se jinġabru flus biex titkompla l-ġlieda fl-Italja kontra l-Coronavirus. Fil-preżent l-Italja hija l-iktar pajjiż affettwat b’mod negattiv minn dan il-virus bl-Iżvediż jinsisti li hu jixtieq jagħti xi ħaġa lura lill-pajjiż li offrilu tant opportunitajiet fil-futbol.
Dan il-fond hu miftuħ għal kull min jixtieq joffri donazzjoni, bil-fondi jmorru biex jitjiebu l-faċilitajiet fl-isptarijiet Taljani u b’hekk ikunu jistgħu jkomplu jiġġieldu dan il-virus. Ibrahimovic temm il-messaġġ tiegħu b’wieħed ta’ kuraġġ biex flimkien ngħelbu din il-pandemija.
//= $special ?>