Coronavirus Internazzjonali

Coronavirus: Aktar mijiet ta’ mejtin fl-Italja

It-traġedja fl-Italja — li hi l-agħar pajjiż Ewropew milqut mill-coronavirus –mhix qed ikollha tmiem, bil-mejtin mill-infezzjoni issa jiżdiedu b’627, fi spazju ta’ 24 siegħa, għal total ta’ 4,032.

Il-qabża fl-imwiet hi l-akbar waħda fl-ammont ta’ vittmi għal ġurnata waħda kemm ilha li ħakmet din il-pandemija fl-Italja.