Coronavirus Internazzjonali

‘Il fuq minn 1,000 vittma fi Spanja

L-awtoritajiet fi Spanja issa kkonfermaw li mietu ‘il fuq minn 1,000 persuna mill-coronavirus f’dan il-pajjiż. Dan waqt li t-total tal-infezzjonijiet mill-Covid-19 fil-pajjiż qed ilaħħaq kważi mal-20,000 każ.

B’hekk, Spanja saret ir-raba’ pajjiż — wara ċ-Ċina, l-Iran u l-Italja — li kkonfermat ‘il fuq minn elf mewta minn dan il-virus qerriedi.

Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ‘il fuq minn 209,000 s’issa spiċċaw infettati mill-coronavirus madwar id-dinja — u li minnhom mietu ‘il fuq minn 8,700.