Matul il-lejl li għadda, il-Ġermanja rreġistrat kważi 3,000 każ ġdid ta’ Covid-19, biex issa hemm kważi 14,000 persuna infetttata fil-pajjiż.
Fl-aħħar sigħat kien hemm 11-il fatalità kawża tal-istess virus, biex issa huma 31 il-persuni li tilfu ħajjithom kawża ta’ din il-marda.
Il-pajjiżi tal-Ewropa kollha qed jiġġieldu l-imxija ta’ din il-virus, u ż-żieda fi-każijiet fil-Ġermanja tiġi ftit biss wara li l-President Franċiz Emanuel Macron stqarr li pajjiżu għadu fil-bidu tal-kriżi marbuta mal-virus.
Macron qal li l-Gvern Franċiż ħa miżuri eċċezzjonali sabiex itappan l-effetti tal-virus, u saħaq li tinħtieġ reazzjoni immedjata u organizzata f’dan iż-żmien ta’ kriżi.
//= $special ?>