Il-ħames darbiet rebbieħ tat-Tour de France Bernard Hinault qal li ma għandux ikun hemm dubju biex titħassar it-tellieqa jekk tgħin fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-coronavirus. Il-Covid-19 ħalliet effett ukoll fid-dinja taċ-ċikliżmu, b’numru ta’ avvenimenti jiġu sospiżi jew posposti, fosthom l-ewwel tliet avvenimenti tal-Giro d’Italia. Dan il-fatt wassal għal spekulazzjoni li t-Tour de France jista’ jkollu l-istess destin. Għalkemm kellu kliem ta’ tifħir għal din it-tellieqa, Hinault saħaq li l-ħajja hi aktar importanti, speċjalment f’termini ta’ riskju ta’ mewt.
Mistoqsi dwar l-effett fuq il-partitarji, il-Franċiż qal li l-interess tagħhom hu fuq kollox li jaraw lin-nies b’saħħithom. Hinault li rebaħ il-ħames edizzjonijiet tat-Tour de France bejn l-1978 u l-1985, saħaq li d-deċiżjoni tista’ tistenna ftit iżda jemmen li sal-bidu ta’ Ġunju għandu jkun hemm deċiżjoni dwar jekk hux se jsir jew le.
//= $special ?>