Coronavirus Formula 1 Sport

Il-Formula 1 tniedi l-Grand Prix Virtwali biex timla l-vojt tan-nuqqas tal-kampjonat

Il-Formula 1 nediet is-serje ta’ Grand Prix Virtwali biex tieħu post it-tlielaq tal-Formula 1 li tħassru minħabba l-kriżi tal-coronavirus. Uħud mill-istilel ta’ dan l-isport, se jkunu wkoll qed jikkompetu minn din il-ġimgħa. Minħabba li l-istaġun 2020 mhux se jibda qabel tal-anqas Ġunju, il-Formula 1 se timla dan il-vojt billi ddur lejn l-Esports bi Grand Prix Virtwali biex tieħu post it-tellieqa attwali, sakemm jibda l-istaġun. L-ewwel tellieqa virtwali se tkun il-Grand Prix tal-Bahrain li tibda l-Ħadd li ġej fid-9.00pm.

Il-Formula 1 qalet li l-ewwel tellieqa tas-serje se tlaqqa’ uħud mis-sewwieqa preżenti ma’ numru ta’ stilel li għadhom iridu jitħabbru. It-tellieqa se tkun twila 28 dawra u se jkollha sessjoni ta’ kwalifika. L-organizzaturi qalu li din is-serje hi biss għal skop ta’ divertiment u fl-istess ħin tnaqqas ftit mit-tensjoni globali ta’ bħalissa.

Ikkummenta