Coronavirus Internazzjonali

Il-Gvern Ingliż se jkopri 80% tal-pagi ta’ min ma jistax jaħdem

Fi żmien fejn id-dinja kollha tinsab fi kriżi ekonomika, il-Gvern Ingliż ħabbar grants li se jkunu qed jagħmlu tajjeb għal 80% tas-salarji ta’ impjegati li ma jistgħux jaħdmu.

Dan ħabbru ftit tal-ħin ilu ċ-Chancellor of the Exchequer Rishi Sunak.

Din il-miżura se tapplika fuq pagi sa massimu ta’ 2,500 Lira Sterlina.

Id-dettalji tal-iskema għadhom se jitħabbru.

Intant il-Gvern Ingliż ħabbar ukoll l-għeluq tal-bars, ristoranti u l-pubs mill-lejla stess.

Ikkummenta