Tħabbret il-mewt tal-eks Segretarju Ġenerali tal-FIBA Borislav Stankovic fl-età ta’ 94 sena. Stankovic kien figura importanti fil-basketball internazzjonali u dam fil-kariga bejn l-1976 u l-2002 minbarra li kien membru fil-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.
Hu kien strumentali biex għen fir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi tal-Lvant u l-Punent waqt il-Gwerra Bierda. Stankovic ħadem ukoll mill-qrib mal-Kummissarju tal-NBA ta’ dak iż-żmien David Stern biex iwassal lill-basketball dinji fl-era moderna.
Stankovic kellu wkoll karriera twila bħala plejer u kowċ. Fl-1946 u fl-1947 għen lil Red Star Belgrade biex jirbħu żewġ kampjonati u lagħab 36 darba mat-tim nazzjonali tal-Jugoslavja, fosthom l-ewwel Tazza tad-Dinja tal-FIBA fl-1950. Bħala kowċ hu rebaħ il-kampjonat ta’ pajjiżu erba’ darbiet kif ukoll darba l-kampjonat Taljan.
//= $special ?>