Coronavirus Internazzjonali

KALIFORNJA: 40 miljun resident f’lockdown

Ritratt TMZ News

Wara li madwar ġimgħatejn ilu, l-Gvernatur tal-istat ta’ Kalifornja Gavin Newsom kien iddikkjara stat ta’ emerġenza, ftit tas-sigħat ilu ordna lockdown totali li se jolqot l-40 miljun resident tal-istat. Dan ifisser ukoll l-għeluq ta’ servizzi mhux essenzjali bħal ristoranti, bars u gyms.

Newsom qal li l-poplu jeħtieġ jifhem ir-realtà tas-sitwazzjoni u li hemm bżonn jittieħdu deċiżjonijiet iebsa anke jekk ammetta li xtaq li kieku ma kellux jasal biex isejjaħ lockdown.

Il-Gvernatur qal li studju qed juri li madwar 56% tar-residenti ta’ Kalifornja mistennija jieħdu l-Covid-19 fil-ġimgħat li ġejjin. Dan se jfisser li se jkun hemm bżonn ta’ 20,000 sodda aktar fl-isptarijiet ma’ dawk li jeżistu.

Newsom wissa li, f’ċertu stati, r-rata ta’ infezzjonijiet qed tirdoppja kull erbat ijiem.

Kollox jindika li Los Angeles se tintlaqat ħażin ħafna fil-ġimgħat li ġejjin.