Malta kienet it-tieni l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea b’talbiet għall-ażil f-2019.
Tul is-sena li għaddiet, l-ekwivalenti ta’ 8,108 persuna għal kull miljun persuna fil-popolazzjoni tagħhna talbet il-protezzjoni legali f’pajjiżna. Dan jagħmilna t-tieni l-aktar pajjiż Ewropew b’applikazzjonijiet. Ċipru huwa l-aktar pajjiż li kellu tabliet, biċ-ċifra tilħaq l-14,495 għal kull miljun ċittadin. Wara Malta, it-tielet u r-raba l-aktar pajjiżi b’applikazjzonijiet huma l-Greċja u l-Lussemburgu.
L-anqas pajjiżi li rċevew applikażżjonijiet kienu s-Slovakkja, l-Ungerija, il-Polonja, l-Estonja u l-Latvja.
L-istatistika maħruġa mill-Unjoni Ewropea turi żieda ta 12% fl-applikazzjonijet għall-protezzjoni fuq l-2018. L-akbar numru ta’ talbiet ġew minn ċittadini Sirjani, total ta’ madwar 74,400 applikazzjoni. L-Afgani kienu t-tieni l-aktar li applikaw, b’52,5000 applikazzjoni u l-Venezwelani warajhom b’44,800 talba.
Bejniethom, is-Sirjani, l-Afgani u l-Venezwelani jammontaw għal 28% tal-applikazzjonijiet kollha.
Fl-2019 kienu 612, 700 l-persuni li talbu l-ażil għall -ewwel darba f’wieħed mis-27 membru stat tal-Unjoni Ewropea. Kważi waħda minn kull erba’ applikazzjonijiet talbu ażil fil-Ġermanja, bi Franza bit-tieni l-akbar numri ta’ preferenza. Warajhom, Spanja, il-Greċja u l-Italja.
Intant filwaqt li ħafna stati membri rreġistraw żieda fl-applikazzkonijet li rċevew, ironikament, l-Italja, il-Ġermanja u l Awstrija naqqsulhom l-applikazzjonijiet. Spanja, Ċipru, l-Iżvezja, il-Greċja u l-Olanda kienu fost dawk li l-aktar raw żidiet fl-applikazzjonijiet li rċevew.
//= $special ?>