Lokali

Mosti ta’ 54 sena jindarab wara li waqa’ ħġieġ fuqu

Raġel ta’ 54 sena residenti l-Mosta indarab wara li waqa fuqu xi ħġieġ.

L-inċident seħħ aktar kmieni llum għall-ħabta tal-1030am fi Triq Melita, il-Belt Valletta.

Il-Pulizija ġiet infurmata dwar dan l-inċident u marru immedjatament fil-post fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel indarab wara li waqa’ xi ħġieġ fuqu.

Fil-post issejjaħ ukoll tim mediku, sabiex ir-raġel jingħata l-assistenza meħtieġa. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.