Riżultat tal-kriżi li nħolqot bl-imxija tal-Covid-19 u minħabba raġunijiet ta’ sigurtà, il-Kumitat tal-Pompi tal-Petrol fi ħdan il-Malta Chamber of SMEs jgħarraf lill-pubbliku li wara ftehim mal-Enemed mit-Tnejn 23 ta’ Marzu ‘l quddiem, il-pompi kollha f’Malta u Għawdex se joperaw bl-attendant sas-2pm.
Mis-2pm ‘l quddiem il-pompi se jibqgħu jaħdmu bis-sistema ta’ self-service bl-OPT biex b’hekk is-servizz jkun jista’ jibqa’ jingħata 24 siegħa kuljum.
Dan se jibqa’ fis-seħħ sakemm jinħareġ komunikat ieħor.
//= $special ?>