Fid-dawl tat-tixrid tal-COVID19, Transport Malta qed tagħmel arranġamenti temporanji biex il-liċenzji tas-sewqan (il-liċenzja r-roża) li se jiskadu minn Marzu ‘l quddiem mhumiex se jkunu mġedda sakemm jinħareg avviż ieħor. Dan ifisser li kull persuna li qed tiskadila l-liċenzja xorta waħda se tkun tista’ ssuq il-vettura tagħha fix-xhur li ġejjin sakemm is-sitwazzjoni fir-rigward tal-COVID19 tirritorna għan-normal.
Transport Malta qed tieħu dan il-pass biex tevita żjarat żejda fil-kliniċi tat-tobba għal ċertifikat mediku sabiex kemm jista’ jkun in-nies jibqgħu f’darhom u ma joħorġux, skont il-pariri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa lokali.
L-Awtorità għat-Transport f’Malta qed tavża lill-pubbliku illi sakemm jinħareġ avviż ieħor, m’humiex ser ikunu qed jintbgħatu l-avviżi ta’ tiġdid.
Din in-notifika se tibqa’ valida sakemm ikun hemm komunikat uffiċjali ieħor.
//= $special ?>