Kurżitajiet Lokali Mużika

Wara li tħassar il-Eurovision…il-kantanti Maltin jagħmlu video lil Destiny

Wara li aktar kmieni din il-ġimgħa l-EBU ħabbret li se jitħassar il-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena, numru ta’ kantanti Maltin ingħaqdu biex għamlu video speċjali bil-kanzunetta ta’ din is-sena, All of my love.

Il-kanzunetta kellha titkanta mir-rebbieħa ta’ X Factor Malta ta’ din is-sena, Destiny Chukunyere, li kellha tirrappreżenta lil pajjiżna fil-kompetizzjoni ta’ kull sena, li din id-darba kellha ssir l-Olanda.

Fil-video ħadu sehem Christabelle Borg, Michela Pace, Gaia Cauchi, Ira Losco, Maxine Pace, Kyle Cutajar, Muxu, Pamela, Kevin Paul Calleja, Jasmine Abela, Samira Cauchi, Julia Balzan, Giorgia Borg, Claudia Faniello, Justine Shorefid, Celine Agius, Brooke, Kayati, Rhiannon Micallef u Glenn Vella, u sar bl-għajnuna ta’ Steven Levi Vella.

Valentina Rossi għenet biex isir dan il-video li f’messaġġ qasir qalet li l-video kien qed isir bħala sinjal ta’ mħabba u nkoraġġiment lit-tim kollu tal-produzzjoni tad-diska u lil Destiny.

Fl-aħħar tal-video ma setax jonqos li tidher ukoll ir-reġina tal-kummentarju tal-Eurovision, Eileen Montesin, li tagħti t-tnax-il punt lil Destiny u lil Malta.