Il-Kolombja u l-Arġentina se jkunu qed jidħlu għal kwarantina obbligatorja fil-jiem li ġejjin. Din il-miżura fl-Amerika t’Isfel hija meqjusa bħala waħda drastika bil-għan li tipprevjeni l-imxija tal-Coronavirus.
Il-President Ivan Duque tal-Kolombja tard il-Ġimgħa filgħaxija ħabbar 19-il jum ta’ kwarantina filwaqt li fl-Arġentina tħabbar l-lockdown li s’issa se jibqa’ fis-seħħ sa tmiem Marzu.
Il-Kolombja għandu total ta’ 158 każ, filwaqt li s’issa ma kienx hemm imwiet irrappurtati fil-pajjiż. Fl-aħħar sigħat iżda fil-Kolombja kien hemm żieda ta’ 13-il każ ta’ Coronavirus.
Fl-Arġentina nżerta wkoll hemm 158 każ, madankollu kien hemm 3 każi ta’ mwiet b’kawża tal-Covid-19.
//= $special ?>