Internazzjonali

Ċipru jraħħas id-dawl u jnaqqas il-VAT

Biex jgħin lill-popolazzjoni f’dan iż-żmien ta’ kriżi, il-Gvern ta’ Ċipru fl-aħħar jiem ħabbar jiem ta’ miżuri biex itaffi l-problemi li qed jiffaċċjaw il-ħaddiema kif ukoll dawk li jħaddmu.

Fost dawn il-miżuri hemm:

  • it-traħħis tal-kontijiet tad-dawl b’10% għax-xahrejn li ġejjin. Dan it-traħħis mhux se jinġabar lura meta tgħaddi l-kriżi, iżda se tkun qed tagħmel tajjeb għalih il-kumpanija tal-enerġija mis-surplas tagħha.
  • qed jissospendi l-ħlas tal-VAT sa tmiem April waqt li ordna t-tnaqqis tal-VAT bi 2%.
  • il-Gvern se jagħti €750 lil dawk l-istudenti li minħabba ċ-ċirkostanzi kellhom jibqgħu barra mill-pajjiż waqt li qed jistudjaw f’istituzzjonijiet barranin. Fi snin oħra ħafna studenti li kienu qed jistudjaw barra kienu jmorru lura għall-vaganzi tal-Għid.
Tags