Lokali

Diversi negozji f’Għawdex lesti jagħlqu

Aktar minn 50% tan-negozji f’Għawdex  qed jaħsbu li  jwaqqfu l-operat tagħhom…

Kliem il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tan-Negozji għal Għawdex Daniel Borg waqt li kien intervistat fil-Programm Net Live… fejn hu spjega illi l-Covid-19 qed iħalli sitwazzjoni diffiċli ħafna għall-Għawdxin… u li l-pakkett ta’ proposti li preżenta l-Gvern, m’humiex ser jgħinhom.

F’Għawdex, nofs il-Prodott Gross Domestiku jiddependi direttament mit-turizmu;  turiżmu li jiġbor fih 20% tal-impjiegi f’Għawdex, kemm b’mod dirett u anke indirett.

Apparti mit-turiżmu, ġew affettwati setturi oħrajn bħas- servizzi diġitali, it-trasport, u l-manifattura.

Kull negozju huwa differenti minn ieħor u għalhekk jeħtieġ li l-proposti li joħroġ il-Gvern jkunu speċifiċi.

Il-Kamra tan-Negozji għal Għawdex qed tesiġi li għandu jkun hemm pakkett ta’ proposti li jindirizzaw b’mod dirett ir-realtajiet tal-Għawdxin.