Coronavirus Futbol Sport

Erba’ plejers ta’ Portsmouth pożittivi għall-coronavirus wara l-logħba kontra Arsenal

(Portsmouth lagħbu l-aħħar partita tagħhom kontra Arsenal Ritratt: Arsenal.com)

It-tim ta’ League One  fl-Ingilterra Portsmouth, ikkonfermaw li erba’ plejers mit-tim tagħhom ġew pożittivi għall-coronavirus. Il-plejers kienu ttestjati wara li fit-2 ta’ Marzu li għadda Portsmouth lagħbu kontra Arsenal fir-raba’ rawnd tal-FA Cup. Ftit tal-ġranet qabel Arsenal lagħbu kontra Olympiakos fl-Europa League, bil-President tat-tim Grieg jirriżulta pożittiv għal dan il-virus.

Numru ta’ plejers jidher li għamlu kuntatt mal-President ta’ Olympiakos Evangelos Marnakis li fl-10 ta’ Marzu kien pożittiv għall-coronavirus. Ftit tal-ġranet wara Arsenal ikkonfermaw li l-kowċ tagħfom Mikel Arteta kien ukoll irriżulta pożittiv għal dan il-virus James Bolton, Andy Cannon, Sean Raggett u Haji Mnoga kollha rriżultaw pożittiv wara li l-klabb rċieva r-riżultati lbieraħ filgħaxija. Kelliem għat-tim ta’ Portsmouth qal li l-plejers fit-tim jinsabu kalmi u f’kundizzjoni tajba bil-plejers li rriżultaw pożittiv kollha gżandhom sintomi ħfief.