Lokali

“Il-Gvern għadu ma ddiskutiex man-negozji Għawdxin”

“Il-Gvern Malti għadu ma kkuntatjax lil negozji Għawdxin.”

Qaluh dan il-Kamra tan-Negozju Għawdxija u l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu Għawdxi, biex b’hekk dan ifisser li għadu m’offra l-ebda għajnuna f’dawn iż-żminijiet diffiċli għan-negozji.

Filwaqt li negozji Għawdxin isofru minn diffikultajiet simili ta’ dawk Maltin, hemm oħrajn li għandhom jiġu indirizzati hekk kif jaffetwaw l-iktar lil gżira Għawdxija, fosthom in-nuqqas ta’ interess lejn il-kultura, l-ideat u tal-Għawdxin infushom.

Il-Gvern qed jintalab mill-Kamra tan-Negozju Għawdxija u l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu Għawdxi biex jieħu azzjoni mmedjata biex jissalvagwardja impjiegi. Huma saħqu li l-inċentivi li saru s’issa mhux se jkunu qed jaffetwaw it-telf kollu li sar, u għad ikompli jsir minħabba l-pandemija tal-Coronavirus.

It-talba qed issir fl-isfond ta’ inizzjattivi li gvernijiet Ewropew oħra ħadu favur negozji ta’ pajjiżhom, fosthom li ikkontribwixxew għal tal-inqas nofs il-paga minima.