Coronavirus Sport

Il-Gvern Żvediż b’€50 miljun f’għajnuna għall-isports

Meta il-pandemija tal-coronavirus tkompli tolqot lid-dinja kif ukoll l-isport, fl-Iżvezja l-isport kważi kollu wkoll jinsab wieqaf. Fortunament avvenimenti sportivi fl-Iżvezja laħqu temmew l-istaġun tagħhom iżda sport ieħor bħal futbol kellu jibda f’April ġie sospiż għal Ġunju. Il-Gvern Żvediż fid-dawl tal-effet negattiv tal-pandemija tal-coronavirus għażel li jalloka €50 miljun għall-isport minħabba l-impatt ekonomiku negattiv li dan il-virus qiegħed ikollu.