Coronavirus Ekonomija Lokali

Il-Kamra tal-Kummerċ tibqa’ twissi dwar it-telf ta’ impjiegi

Wara l-laqgħa tal-bieraħ f’Kastilja, il-Kamra tal-Kummerċ qed tibqa’ tinsisti li jekk il-Gvern ma jżidx l-għajnuna għall-industrija se jkunu l-ħaddiema l-akbar telliefa f’din is-sitwazzjoni ta’ kriżi.

Hekk intqal fi stqarrija maħruġa dalgħodu mill-Kamra tal-Kummerċ wara li lbieraħ il-Prim Ministru laqqa’ lill-imsieħba soċjali f’żewġ laqgħat separati – u allura l-Korpi Kostitwiti ma kinux flimkien, imma inqasmu f’żewġ gruppi.

Minn naħa tagħha, il-Kamra tal-Kummerċ qalet li sa tagħmel minn kollox bies in-negozji jissuperaw dan il-mument diffiċli. Iċ-Chamber reġgħet iddekriviet “il-pakkett ġeneruż” ta’ Robert Abela bħala stimolu ekonomiku li intlaqa’ ħażin.