Internazzjonali

Il-Korea ta’ Fuq tispara żewġ missili

Il-Korea ta’ Fuq sparaw żewġ missili is-Sibt filgħodu fil-baħar magħruf bħala tal-Ġappun.

Dan sar bħala fire drills li ilhom isiru mill-bidu ta’ dan l-istess xahar. L-Istati Uniti u ċ-Ċina qed jistennew li jsiru taħdidiet ma’ Pyongyang biex jieqfu l-programmi nukleari permezz ta’ missili.

Intant, il-Korea t’Isfel bħalissa qed issegwi dak li qed jiġri f’każ li jerġa’ jkunu sparati missili oħra. Dan filwaqt li ddeskrivit din l-azzjoni bħala waħda mhux xierqa hekk kif id-dinja kollha tinsab għaddejja minn żmien diffiċli minħabba l-pandemija tal-Coronavirus.