Fid-dawl taċ-ċirkostanzi preżenti bil-pandemija Covid-19, il-Kulleġġ tal-Ostetrijja u l-Ġinekoloġija ħarġu avviż biex iżommu infurmati lill-pazjenti ta’ dan id-dipartiment fl-isptar Mater Dei.
Il-Pandemija tal-Covid-19 waslet f’Malta, u l-isptar Mater Dei ġie mħejji biex jieħu ħsieb numru kbir ta’ każijiet li numru minnu se jkunu nisa tqal. Peress li dan il-virus huwa infettiv, id-Dipartiment tas-Saħħa ħareġ diversi direttivi u prekawzjonijiet biex kemm jista’ jkun tiġi evitata t-tranżmissjoni ta’ din l-infezzjoni.
Fost dawn ir-regolamenti, iż-żamma ta’ distanza socjali u ħasil tal-idejn regolari huma importanti. Għalkemm dawn l-affarijiet qed jiġu implimentati biex tiġi kkontrollata l-firxa ta’ dan il-virus, huwa inevitabli li d-dipartiment se jkollu każijiet ta’ nisa tqal infettati bil- Covid-19. Għalhekk, ittieħdu miżuri biex titnaqqas it-trażmissjoni tal-virus.
Nisa tqal li għandhom bzonn jiddaħlu l-isptar għall- osservazzjoni se jiddaħlu f’sala tal-kura speċifikament attrezzata għal dawn il-każijiet. Nisa li ġew f’kuntatt mal-virus jew għandhom il-virus COvid-19, li qegħdin fil-ħlas jew ghandhom bzonn kura medika se jingħataw il-kura f’parti ddedikata apposta ghal dawn il-kazijiet fid-Delivery Suite.
Din ser tkun iżolota mill-parti l-ohra tad-Delivery Suite biex b’hekk il-kazijiet posittivi jkunu separate mil-kazijiet negattivi. Tobba li jieħdu ħsieb pazjenti bil-Covid-19 ser ikunu libsin lbies protettiv u ser isegwu l-proċeduri li ġew imfassla biex jassiguraw li jiproteġu lilhom infushom u pazjenti oħra li ma jkunux infettati bil-virus. Sal- llum m’hemmx evidenza li turi li nisa tqal u trabi tagħhom huma f’riskju ikbar mill-bqija tal-popolazzjoni, iżda r-riċerka għada għaddejja.
Minkejja dan, ir- Renju Unit qed jissuġġerixxi li n-nisa tqal jibqgħu d-dar. Dan is-suġġeriment ġie ibbazat fuq l-istudji li saru fuq il-pandemija tal- H1N1. Għaldaqstant, il-Kulleġġ tal- Ostetrija u l-Ġinekoloġija qiegħed jissuħħerixxi li n-nisa tqal jagħmlu l-istess. Meta tara is-sitwazzjoni fiċ-Ċina, il-maġġoranza tan-nisa tqal ħelsu b’ċesarja, izda dan seħħ minħabba deterjorazzjoni fis-saħħa tal-omm jew għal raġunijiet ostetriċi. F’ malta, f’każ li l-omm tkun f’sitwazzjoni stabbli, se tiġi mogħtija l-opportunità li teħles b’mod normali sakemm ma jkunx hemm kumplikazzjonijiet.
Bħal dejjem, id-deċiżjoni finali tittieħed bejn it-tabib u l-pazjenta. Dawk in-nisa tqal li għal xi raġuni jew oħra ser ikollhom bżonn imorru d-Delivery Suite għandhom iċemplu fuq 25455176/5180 qabel ma jmorru l-isptar.
Waħda mil-qwiebel imħarrġa tagħna, ser tkun qed tirrispondi t-telefonati u tagħti l-pariri li jkun hemm bżonn. Wara diskussjoni mat-tobba, hi ser tkun qegħda tagħti pariri u tigwida l-pazjenti skond iċ-ċirkustanza.
Id-delivery suite jkun miftuħ il-ħin kollu, lejl u nar. Id-dħul għalih huwa mid-Day Care Unit li jinsab faċċata tal- Università ta’ Malta. Biex nassiguraw li t-trabi ta’ nisa suspettati jew li għandhom il-Covid-19 ma jiġux infettati, dawn it-trabi ser imorru f’unit separat mill-omm.
It-team speċjalizzat fil-mard infettiv fuq it-tfal ser jieħu ħsieb dawn it-trabi. Meta l-omm tmur id-dar din għandha tmur fi kwarantina skond il-parir tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Fl-Outpatients tal-Ġinekoloġija u Ostetrija, ittieħdu numru ta’ prekawzjonijiet. Il-każijiet li m’humiex urġenti, ser jiġu kkuntatjati mit-tobba tad-dipartiment permezz tat-telefon, fejn il-pazjent ser ikollu l-opportunità li jiddiskuti l-problema tiegħu. Dan se jsir sabiex tinaqqas r-rassa tan-nies f’post relattivament żgħir.
Minn naħa l-ohra, in-nisa tqal huma mħeġġa biex jibqgħu jattendu l-appuntamenti kollha li għandhom skond il-pariri tat-tobba.
Il-pazjenti huma mħeġġa jkunu puntwali għal l-appuntamneti u li jitilqu mill-isptar immedjatament wara. Nisa bi problemi ġinekoloġiċi urġenti għandhom imorru l-emerġenza’. Hemmhekk jiġi analizzat ir-riskju tagħhom għal-Covid-19.
Dawk li huma suspettati li huma pożittivi ser jiġu kkurati f’postijiet apposta biex titnaqqas it-trażmissjoni tal-virus għal pazjenti u staff mediku. Fil-preżent, żew imwaqqfa operazzjonijiet ġinekoloġiċi li m’humiex urġenti. Iżda operazzjonijiet li jinvolvu każijiet ta’ kanċer ser jibqgħu għaddejjin.
Hafna mill-kliniċi speċjalizzati ser jitwaqqfu u l-pazjenti ser jingħataw appuntamenti oħrajn fil-futur. B’dawn il-passi kollha li ttieħdu f’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kulleġġ tal- Ostetrija u l-Ġinekoloġija f’Malta huwa kunfidenti li l-isptar għadu l-iżjed post sigur għat-twelid tat-trabi.
//= $special ?>