Martin van Rijn mill-Oppożizzjoni nħatar biex jieħu postu bħala Ministru tas-Saħħa, ħabbar dan il-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte nhar il-Ġimgħa.
Van Rijn, li kien Segretarju tal-Istat għas-Saħħa Pubblika fil-gvern preċedenti , se jieħu post Bruno Bruins. Bruins irriżenja nhar il-Ħamis li għadda.
Minkejja li kien fil-Partit tal-oppożizzjoni, Van Rijn intgħażel għax huwa jaf sew is-Settur tas-Saħħa. Wara l-ħames snin tiegħu bħala Segretarju tal-Istat, huwa nħatar president tas-sistema tal-isptar Reinier-Haga, li tmexxi tmien sptarijiet l-iktar fi Zuid-Holland.
//= $special ?>