Coronavirus Lokali Saħħa

TOTAL TA’ 73: Il-każi f’Malta jiżdiedu b’disgħa; wieħed minnhom instabbli

L-ammont ta' każi pożittivi issa jitla' għal 73... filwaqt li għandna l-ewwel persuna li qed tinżamm fl-ITU

9 każi ġodda ta’ COVID-19 f’pajjiżna. Dan hekk kif issa n-numri ta’ dawk pożittivi għal dan il-virus jitla’ għal 73.

Is-Supritendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li l-anzjan li lbieraħ kien qed jinżamm fl-IDU issa kellu jiddaħħal l-ITU għal iktar osservazzjoni sabiex ikun hemm iktar monitoraġġ. Is-sitwazzjoni ta’ dan l-anzjan hija waħda instabbli.

L-ewwel każ huwa ta’ mara ta’ 21 sena, student l-Universita u attendiet l-aħħar fl-10 ta’ Marzu. Każ ikkontrollat.

Każ ieħor huwa ta’ Somalu 44 sena ġie lura minn Brussell. Obda l-liġi ta’ kwarantina.

It-tielet każ hu ta ‘ barrani ta’ 41 sena miżżewweġ Maltija. Ma kellu ebda kuntatt ma’ nies li kienu msfirin. Trażmissjoni lokali għax ma nafux minn fejn ħa dan il-virus.

Każ ieħor hu ta’ raġel Malti ta’ 55 sena li ma sifirx. Beda bis-sintomi fl-14 ta’ Marzu. Jaħdem f’kumpanija privata u mar ix-xogħol ft-13 ta’ Marzu.

Il-ħames każ hu ta’ mara Maltija ta’ 25 sena li tgħix l-Ingilterra imma ġiet Malta.

Każ ieħor hu ta’ mara Taljana ta’ 24 sena, Awstraljana li ġiet Malta. Obdiet il-kwarantina.

Is-seba’ każ hu ta’ Mara Maltija ta’ 49 sena li kellha kuntatt ma’ persuna oħra li kien siefer. Sintomi 19 ta’ Marzu. Taħdem fi skola imma marret l-aħħar xogħol fit-12 ta’ Marzu.

It-tmien każ hu ta’ Indjan ta’ 30 sena li jgħix Malta. Ma jaħdimx u ma sifirx. Jgħix ma’ persuna oħra li ttestjat pożittiv.

L-aħħar każ hu ta’ mara Ingliżi ta’ 68 sena li ġiet lura minn Londra fis-16 ta’ Marzu, però ma kellhiex kuntatti ma’ nies oħrajn.

Il-Profesur Gauci qalet li għalhekk issa qed żdiedu l-każi ta’ trażmissjonijiet lokali, għalhek huwa importanti ferm li n-nies ma joħorġux biex ma jkollhomx kuntatti ma’ nies oħrajn.

Hija appellat biex dawk in-nies li għandhom mard kroniku u l-anzjani jibqgħu d-dar.

F’dawn l-aħħar 24 siegħa saru b’kollox 233 swab.

Minn dawn it-73 każ, ‘il fuq minn 20 qed jinżammu d-dar għax huma stabbli.

Wara li għaddew ġimgħatejn minn mindu kellna l-ewwel każi ta’ COVID-19 f’pajjiżna, s’issa fiequ biss 2 persuni. Dan hekk kif iridu jgħaddu madwar tliet ġimgħat biex is-sintomi jgħaddu kompletament.