Internazzjonali

Imut il-leġġendarju Kenny Rogers

Il-leġġendarju Amerikan tal-mużika country, Kenny Rogers miet fl-età ta’ 81 sena. Qraba tiegħu qalu li hu miet mewta naturali imdawwar bil-familja tiegħu f’daru stess.

Rogers kien magħruf l-aktar bejn is-sebgħinijiet u t-tmeninijiet permezz ta’ mużika pop u country. Hu saħansitra rebaħ tliet Grammy awards matul il-karriera tiegħu, liema karriera damet madwar 60 sena.

Il-kantant famuż għex l-ewwel żmien ta’ ħajtu fil-faqar, f’Texas u wara li kien parti minn diversi bands, hu beda l-karriera solo fl-1976. Matul ħajtu, Rogers iżżewweġ ħames darbiet u kellu wkoll ħames t’itfal.