L-eks President ta’ Real Madrid Lorenzo Sanz miet fl-età ta’ 76 sena wara li ftit jiem ilu ddaħħal l-isptar bil-coronavirus. Sanz kien President tal-klabb Spanjol bejn l-1995 u l-2000 u taħt it-tmexxija tiegħu ntrebħu sitt unuri, b’Real Madrid jirbħu l-UEFA Champions League darbtejn fl-1998 u l-2000.
It-tifel tiegħu Fernando Sanz, lagħab mal-klabb fiż-żmien li missieru kien President. Aktar kmieni matul il-ġimgħa, hu kien kwotat jgħid lil Marca li missieru ma riedx jidħol l-isptar sakemm ma kienx qed jieħu n-nifs tajjeb. Fuq twitter, ibnu qal li missieru ma ħaqqux li jmut b’dan il-mod. “Wieħed mill-aqwa, l-aktar persuna kuraġġuż u li taħdem li qatt rajt f’ħajti. Il-familja u Real Madrid kienu l-passjoni tiegħu.”
Fl-2000 hu kien tilef l-elezzjoni kontra Florentino Perez, il-persuna li wassal għal rivoluzzjoni fil-klabb Madrilen. Perez dam sal-2006 u nieda l-era tal-Galacticos. Hu reġa’ daħal fil-kariga tliet snin wara u għadu preżent sal-lum.
//= $special ?>