Coronavirus Sport Sport Ieħor

L-atleti tal-Istati Uniti jitolbu biex l-Olimpjadi ta’ Tokjo jitmexxew il-quddiem

L-atleti tal-Istati Uniti flimkien mal-federazzjoni Olimpika Amerikana talbet f’ittra lill-Kumitat Olimpiku u Paralimpiku Amerikan biex b’mod formali jikteb lill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali biex l-Olimpjadi jiġu posposti.

Din it-talba saret wara li t-tim tal-għawm Amerikan talab biex l-Olimpjadi jiġu posposti b’sena. Max Siegel kiteb li minkejja li jifhem ir-repirkussjonijiiet u l-problemi loġistiċi li din it-talba tista’ ġġib magħha, din hi l-unika għażla fl-interess tal-atleti tagħha.

Numru ta’ atleti u assoċjazzjonijiet diġa sejjħu biex l-olimpjadi jiġu posposti. Iċ-chairman tal-atletika tat-tim Ingliż Nic Coward, issuġġeriuxxa li l-Olimpjadi għandhom ikunu posposti. Min naħa tagħhom in-Norveġja u l-Islovenja talbu lil Kumitat Olimpiku Internazzjonali biex dawn jitmexxew għas-sena d-dieħla.

F’intervista mal-midja internazzjonali il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, Thomas Bach qal li għall-ewwel darba qegħdin ikunu ikkunsidrati xenarji differenti għall-Olimpjadi ta’ Tokjo. L-Olimpjadi mistennija jsiru bejn l-24 ta’ Lulju u d-9 ta’ Awissu li ġej fil-Ġappun.