L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) ħatar lil eks-Membru Parlamentari, Marthese Portelli bħala l-ewwel Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni.
Din il-ħatra saret biex l-MDA iżid l-isforzi biex tissaħħaħ l-istruttura tal-organizzazzjoni biex jaffaċjaw sfidi kurrenti u futuri ta’ Malta u l-industrija tagħna.
“Fl-aħħar għaxar snin l-MDA rnexxilha tbiddel għall-aħjar l-industrija billi għinet fl-ekonomija tal-pajjiż,” qal il-President tal-MDA, Sandro Chetcuti. “Permezz tal-ħatra ta’ Dr. Portelli, li kienet Shadow Minister tal-Ambjent u fuq il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar, l-MDA mistennija timxi ‘l quddiem biex nindirizzaw liġijiet fl-interessi tal-iżvilupp u l-ambjent biex iż-żewġ aspetti jimxu id f’id.”
Marthese Portelli saħqet li taf li hemm ħafna responsabiltajiet iżda se tkun qed taħdem bla waqfien biex tassigura li tindirizza aspetti kontroversjali u bħala organizzazzjoni tevita problemi futuri.
//= $special ?>