Coronavirus Formula 1 Sport

Lewis Hamilton f’iżolazzjoni iżda jikkonferma li m’għandux sintomi tal-coronavirus

Iċ-Champion tal-Formula 1, Lewis Hamilton żvela li ilu f’iżolazzjoni għal bosta ġranet, minn meta ġie ikkanċellat il-Grand Prix tal-Awstralja wara li kien f’kuntatt ma’ żewġ persuni li rriżultaw pożittiv għall-coronavirus. Hamilton ikkonferma li minkejja li jinsab fi kwarantin hu m’għandu l-ebda sintomi u f’test li għamel irriżulta pożitti.

Ftit tal-ġranet qabel ma’ siefer għal Melbourne f’dak li kellu jkun l-ewwel Grand Prix tal-Formula 1 għal dan l-istaġun, Hamilton iltaqa’ ma l-attriċi Idris Elbd u Sophie Trudeau, il-mara tal-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau. F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu, l-Ingliż ta’ 35 sena qal li minkejja li ma kellux sintomi xorta obda l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa u b’mod immedjat intefa’ fi kwarantina.

Hu temm il-messaġġ tiegħu billi għamel kuraġġ lis-segwaċi tiegħu u biex kulħadd jobdi l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa u jibqa’ d-dar filwaqt li rringrazzja lil kulħadd tal-messaġġi li bagħtulu. L-ewwel Grand Prix tal-Formula 1 ġie pospost wara li membru fit-tim tal-McLaren irriżulta pożittiv għall-coronavirus. Fi tmiem din il-ġimgħa ġew posposti wkoll il-Grand Prix skedati għax-xhur ta’ April u Mejju, b’dak ta’ Monaco jkun ikkanċellat.