Lokali

Manuel Cuschieri jattakka lill-imprendituri

Fuq l-istazzjon tar-radju Laburista, f’dawn il-mumenti straordinarji li pajjiżna qiegħed jaffaċċja, Manuel Cuschieri għażel li jindirizza l-imprendituri f’pajjiżna bil-kliem “egoisti”, “bla rispett”, “nies li jeqirdu”.

Fi żmien tant delikat il-preżentatur tal-Partit Laburista Manuel Cuschieri għażel li jgħajjar lil dawk in-negozji li qed jitolbu l-għajnuna u lil dawk li ma qablux mal-miżuri li ħabbar il-Gvern din il-ġimgħa.

Ha għażel ukoll li jħeġġeġ lill-Gvern Laburista biex ‘il quddiem ma jinsiex min kienu n-negozji li qed jitolbu l-għajnuna.

Fid-dawl ta’ dan kollu Manuel Cuschieri kompla il-programm b’tgħajjir kontinwu lejn in-negozjanti u l-kumpaniji.

Meta din il-ġimgħa Robert Abela prezenta l-abbozz inizjali ta’ għajnuna, hu kwota ċ-ċifra ta’ €1.8 Biljun. Iżda fil-verità dan huwa pakkett ta’ €175 miljun f’investiment dirett. B’ħafna esperti jsostnu li din iċ-ċifra lanqas biss tibda biex tindirizza l-problemi akuti illi hawn u dawk li se jinħolqu aktar ‘il quddiem.

Ikkummenta