Futbol Sport

Omm Cristiano Ronaldo toħroġ mill-isptar

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Cristiano Ronaldo ħabbar li l-ommu ħarġet mill-isptar wara li ddaħħlet fit-3 ta’ Marzu. Dolores Aveiro rritornat lura l-Madeira mal-familja tagħha wara li ħarġet mill-isptar. Magħha bħalissa hemm ukoll, il-plejer ta’ Juventus Cristiano Ronaldo jinsab jagħmel il-kwarantina fil-Portugal.

Hi qalet li tħossha tassew fortunata li magħha għandha l-familja kollha. Omm il-Portugiż temmet il-messaġġ tagħha billi nkoraġġiet lil kulħadd biex jibqa’ d-dar.