Coronavirus Futbol Sport

Paolo Maldini u t-tifel tiegħu Daniel pożittivi wkoll għall-coronavirus

(Ritratt: EPA)

F’komunikat uffiċjali li ħareġ it-tim tas-Serie A Milan, ġie kkonfermat li kemm Paolo Maldini kif ukoll it-tifel tiegħu Daniel, irriżultaw pożittiv għall-coronavirus. Kemm il-missier kif ukoll l-iben jinsabu fi stat ta’ saħħa tajba. Huma kienu segwew il-kwarantina mingħajr ma għamlu kuntatt ma’ ħadd skond kif mitlub mill-awtoritajiet tas-saħħa Taljani. L-istqarrija temmet tgħid li t-tnejn li huma se jestendu l-perjodu ta’ kwarantina sakemm jiġi ċċertifikati li fiequ.