L-attakkant ta’ Juventus ħabbar fuq il-mezzi soċjali tiegħu li wara li hu u t-tfajla tiegħu rċievew it-testijiet tal-coronavirus huma irriżultaw pożittivi. F’messaġġ qasir Dybala qal li hu u t-tfajla tiegħu jinsabu f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba waqt li rringrazzja lil kull min bagħtlu messaġġi ta’ kuraġġ. Dan l-istaġun Dybala skorja 14 il-gowl fil-kompetizzjonijiet kollha għal Juventus u gowl wieħed għal Arġentina.
//= $special ?>Paulo Dybala pożittiv għall-coronavirus
21 ta' Marzu 2020