Coronavirus Futbol Sport

Roma joffru fondi biex jgħinu sptar f’Ruma fil-ġlieda kontra l-Coronavirus

(Roma jingħaqdu ma' numru tat-timijiet li qed jgħinu f'din il-kriżi Ritratt: EPA)

It-tim tas-Serie A, Roma offrew €460,000 biex jinxtraw tliet magni tan-nifs li se jintuża fil-kura intensiva u tmien sodod għal sptar f’Ruma. L-Italja hu il-post milqut b’dan il-virus bl-imwiet saħansitra jaqbżu dawk fiċ-Ċina.

It-Tlieta li għadda Roma provdew 13,000 maskla għall-isptarijiet f’Ruma kif ukoll 120 flixkun ta’ diżinfettant. Il-Ħamis il-klabb flimkien ma’ aġenzija tal-karità f’Ruma provdew 8,000 par ta’ ingwanti protettivi u  2,000 flixkun ta’ diżinfettant tal-idejn fi knejjes f’Ruma u f’postijiet pubbliċi.

Il-logħob fis-Serie A ilu jkun affetwat mill-coronavirus mill-aħħar ġimgħa ta’ Frar meta kienu mħabbra l-ewwel każijiet fil-Lombardija u l-Veneto.