Coronavirus Lokali Transport

AĠĠORNATA: TM tħabbar li se jibqgħu jsiru l-lezzjonijiet tas-sewqan; lill-instructors ħadd ma kellimhom

Fid-dawl tal-imxija tal-COVID-19 Transport Malta permezz ta’ stqarrija ħabbret li se jissoktaw il-lezzjonijiet tas-sewqan. Għalkemm jidher li dan il-pass ittieħed mingħajr ebda konsultazzjoni ta’ xejn.

TM qalet li wara diskussjonijiet qablet li minkejja li l-lezzjonijiet tat-tagħlim tas-sewqan se jibqgħu ser iddaħħal numru ta’ miżuri sabiex jonqos ir-riskju tat-tixrid. NET NEWS hu infurmat li l-assoċjazzjoni li tirrapreżenta lill-instructors ma taf xejn b’dak kollu li tħabbar.

Il-miżuri li tħabbru huma dawn:

·     L-għalliema m’għandux ikollhom aktar minn persuna oħra fil-vettura

·     Is-sedil tal-vettura jrid ikun miksi bil-ġilda jew inkella bir-rexine, sabiex kull tip ta’ qtar jibqa’ fuq il-wiċċ tas-sedil

·     L-għalliema għandhom jiddisinfettaw is-sedil, l-istering u d-dashboard wara li kull student jispiċċa l-lezzjoni

·     It-twieqi tal-vettura għandhom ikunu, tal-inqas, parzjalment miftuħa sabiex ikun hemm ventilazzjoni adekwata.