Lokali

Tnejn arrestati fuq attentat ta’ serq

Illum, għall-ħabta tal-għaxra u nofs, il-Pulizija ġew infurmati li fi Triq Atocia, il-Ħamrun, kien hemm żewġ persuni li allegatament kienu qed jipprovaw jisgassaw bieb ta’ residenza.

Il-Pulizija mill-Għassa tal-Ħamrun, flimkien mal-Pulizija mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit, marru immedjatament fuq il-post fejn sabu bieb ta’ residenza mkisser. Raġel ta’ 36 sena residenti Ħaż-Żabbar, li kien qiegħed ħdejn il-bieb, u raġel ta’ 44 sena residenti l-Ħamrun, li nstab fuq il-bejt tal-istess residenza, qed jinżammu mill-Pulizija sabiex jassistu fl-investigazzjonijiet.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.