Lokali Qorti

19-il xahar sospiżi u multa ta’ €4,000 wara li ħebb għal erba’ Kuntistabbli

Taljan ingħata sentenza ta’ 19-il xahar priġunerija sospiżi għal sena, kif ukoll multa ta’ €4,000 wara li ħebb kif ukoll insulta 4 Kuntistabbli tal-Pulizija.

Filwaqt li l-każ seħħ nhar l-Erbgħa l-għadda, Francesco Savasta ta’ 38 sena ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih.